Il-grupp tal-Istat Iżlamiku ppublika filmat ta’ raġel li qed jgħid li hu l-mexxej tiegħu Abu Bakr al-Baghdadi, fejn qed iwiegħed li se jagħmel vendetta talli tilef it-territorju tiegħu.
Il-mexxej ilu ma jidher mill-2014, meta dakinhar, f’Mosul ħabbar il-ħolqien tal-kalifat fis-Srija u l-Iraq.
F’dan il-filmat il-ġdid, Baghdadi għaraf it-telfa f’Baghuz, li kien l-aħħar fortizza tal-grupp fir-reġjun.
Għadu mhux ċar meta dan il-filmat kien irrekordjat, bl-Istat Iżlamiku jgħid li nġibed f’April.