Iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga, l-lejl li għadda, rriżultat fl-arrest ta’ ħamest irġiel, ta’ nazzjonalita’ Brittanika u li l-eta’ tagħhom tvarja bejn il-21 u s-27 sena, b’konnessjoni mal-pussess tad-droga ketamina, MDMA u kokaina f’diversi kapsoli.
L-irġiel ġew arrestati mal-wasla tagħhom Malta fuq titjira minn Luton.
Dwar din is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D li fetħet Inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għada għaddejja u uħud mill-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin akkużati bl-importazzjoni u l-pussess aggravat tal-istess droga.