Ara x’għandek tagħmel sabiex tingħaqad mal-ERRC – One News

Notifiki

Ara x’għandek tagħmel sabiex tingħaqad mal-ERRC

L-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) qed jagħmlu sejħa għall-voluntiera mill-pubbliku ġenerali sabiex jgħinuhom fix-xogħol tagħhom bħala waħda mill-aħjar NGOs umanitarja f’Għawdex li tipprovdi servizzi madwar il-gżejjer Maltin.

Il-voluntiera jiġu mħarrġa biex jassistu voluntiera oħra ta’ l-ERRC fis-servizzi differenti li jkunu msejħa jwettqu, kif ukoll dmirijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex l-assocjazzjoni tibqa tikber u taħdem b’mod effiċjenti.

L-ERRC ija organizzazzjoni volontarja, karitatevoli u mhux għall-profitt li għandha l-għan ewlieni li tipprevjeni u tiffaċilitaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.

Dawn huma l-kuntatti tal-għaqda ERRC:

Email: [email protected]

Tel: 27072652

Facebook: https://www.facebook.com/errcmalta/

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend