Sue Abela tirbaħ midalja tal-fidda fi Franza | One News

Notifiki

Sue Abela tirbaħ midalja tal-fidda fi Franza

Sue Abela għal darb’oħra rebħet midalja oħra fil-karriera internazzjonali tagħha fil-bowling billi kisbet riżultat ieħor brillanti barra minn xtutna.

Din id-darba fit-tmien edizzjoni tat-Track ISBT Open fi Franza. Wara li Abela kkwalifikat direttament għall-finali billi spiċċat fir-4 post, b’medja ta’ 202 pin,  żiedet iktar fir-round robin fejn rebħet 4 mis-seba’ skontri diretti biex b’hekk telgħet fit-tieni post b’medja ferm tajba ta’ 208 scratch.

Il-Franċiż Jacqueline Faure rebħet il-midalja tad-deheb wara li rnexxiela tirbaħ is-7 logħbiet diretti kolla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend