Skond il-Partit Nazzjonalista l-mara maltija spiċċat l-agħar fl-Ewropa.
Hekk iddikjarat id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg meta indirizzat konferenza tal-aħbarijiet dwar in-nisa fis-soċjetà.
Il-Partit Nazzjonalista għamel konferenza tal-aħbarijiet li fiha ta l-impressjoni li f’dawn is-sitt snin dan il-gvern m’għamel xejn biex jinkoraġġixi aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol.
Iżda ħarsa lejn statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika turi kif meta mqabbel ma’ amministrazzjoni preċidenti, mizuri li daħal dan il-gvern bħas-servizz tac-childcare b’xejn ħeġġew aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Fl-aħħar ħames snin, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol żdiedet b’aktar minn disa’ fil-mija waqt li fl-aħħar tas-sena li għaddiet il-qgħad naqas għal erbgħa fil-mija.
Izda quddiem din l-istatisitka u l-isforzi tal-gvern sabiex aktar nisa joħorġu jaħdmu, l-kandidat tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista Roslyn Borg Knight qalet li l-mara taħt dan il-gvern marret lura.
Bil-Gvern issa qiegħed jaħdem għal bidla bżonnjuża biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika.