Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart, persuna ta’ 24 sena residenti Santa Venera tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda issuq, tat-tip Kawasaki ZR, qabdet il-bankina u waqgħet.
Dan seħħ fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Il-persuna ttieħdet minnufih l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard il-vittma ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.