Dam igawdi l-liberta mill-Milied sa San Stiefnu.
Hekk jista jingħad għal raġel Libjan, li wara 5 ijiem biss li ilu li ħareġ mill-ħabs, reġa ntbagħat 18-il xahar ħabs.
Dan hekk kif ammetta li seraq xalel u mwies minn diversi ħwienet li jinsabu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
Il-Libjan ammetta wkoll li hedded lill-pulizija u m’obdijhomx waqt li kien fil-lock up.
Fis-seduta tal-Ħadd, quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, l-avukat tal-għajnuna legali qalet li l-akkużat ibati minn problemi psikjatriċi.
Apparti s-sentenza ta’ ħabs, huwa kien immultat 800 ewro.