Kummiedja Mużikali Villa Balbi f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

Kummiedja Mużikali Villa Balbi f’Marsaxlokk

L-Għaqda 8 ta’ Mejju ta Marsaxlokk qiegħda torganizza il-Kummiedja Mużikali Villa Balbi nhar il-Ġimgħa 3 u s-Sibt 4 ta’ Mejju fis-Sala ta’ l-Iskola Primarja ta Marsaxlokk.

Fuq kitba ta Robert Busuttil Bugeja u korjografija ta Aqua Blue Dancers, din hija storja oriġinali li ser teħodna fil-Villa tas-Sinjura Balbi, fejn il-ħbieb u kollegi tal-Baruni Barnaby Balbi, li għadu kif miet, ser jipprovaw jiskopru x’wassal għall-mewt tiegħu.

Bosta battuti ser jinqalgħu għal għonq it-triq li żgur għandhom iżommu lill-udjenza fuq ix-xwiek. Daħk garantit!

Il-postijiet huma limitati u dawk kollha li jixtiequ jattendu huma mħeġġa li jirreservaw post fis-sala fuq 79655684, fuq l-email [email protected] jew fuq il-paġna ta’ facebook bl-isem ta Għaqda 8 ta Mejju.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend