Mill-kbar saż-żgħar, strumenti u bi ħsejjes differenti, il-membri differenti tal-gruppi tal-Iscouts ta’ Malta u l-Girl Guides imxew bil-pass iddixxiplinat tagħhom lejn il-Belt Valletta, waqt il-parata nazzjonali li ssir ta’ kull sena magħrufa bhħala St. George’s day.
Il-gruppi telqu minn fuq il-Fosos tal-Furjana u imxew mit-triq ta’ maġenb il-mall.
Il-gruppi kollha tal-iscouts sellmu lill-Eċċellenza tiegħu President ta’ Malta Dr. George Vella quddiem il-Palazz Presidenzjali.