Ir-rebħ tal-Kampjonat Premier pospost għall-ġimgħa d-dieħla | One News

Notifiki

Ir-rebħ tal-Kampjonat Premier pospost għall-ġimgħa d-dieħla

Il-Kampjonat Premier 2018 / 2019 mistenni li jiġi deċiż nhar is-sibt li ġej hekk kif Valletta naqsu milli jieħdu l-punti massimi kontra Hamrun Spartans filwaqt li Hibernians rebħu kontra Balzan biex issa kemm Valletta u anke Hibernians għandhom l-istess ammont ta punti u għalhekk ser jkollha tintlagħab logħba deċisiva biex isir magħruf iċ-ċampjin tal-Kamjonat Premier għal dan l-istaġun. Din il-logħba deċisiva ser tintlagħab nhar is-sibt li ġej fl-16.00 fl-istadium nazzjonali f’Ta’Qali.

Fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Valletta u Hamrun Spartans ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 1 – 1.  Kien Fontanella li poġġa lil Valletta fil-vantaġġ fil-29 minuta u meta kollox deher li Valletta ser jerbħu l-konfront, fit-93 minuta Moukanza skorja għal Spartans għal skor finali ta’ 1 – 1.  B’dan ir-riżultat Hamrun spiċċaw fir-raba post tal-klassifika u jekk l-FA Trophy tintrebaħ jew minn Valletta jew Hibernians jew Gzira United, allura jkunu Ħamrun li jikkwalifikaw għal UEFA Ewropa League.  F’din il-partita tkeċċa Saleh ta’ Valleta fil-89 minuta.

Fil-Hibernians Stadium, Hibernians għelbu lil Balzan 5 – 1 b’goals skurjati minn Jake Grech, Tiago Adan u hat-trick ta’ Taylon.  Għal Balzan skorja Ljubomirac filwaqt li tkeċċa Serrano fil-69 minuta.

Valletta u Hibernians għalhekk għandhom total ta’ 58 punt u jinsabu fil-quċċatta tal-klassifika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend