ARA: Delia jgħid li aħna l-agħar fl-Ewropa – One News

Notifiki

ARA: Delia jgħid li aħna l-agħar fl-Ewropa

“L-agħar fl-Ewropa”

Din kienet waħda mid-dikjarazzjonijiet li għamel l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kontra pajjizna meta indirizza l-kunsill ġenerali tal-partit nazzjonalista  fil-preżenza tail-President tal-Partit popolari ewropew manfred Weber.

Adrian Delia ma tkellimx dwar il-vizjoni tiegħu għal pajjizna, izda qal biss li l-Partit Nazzjonalista huwa Malta.

“Ejjew għax il-PN huwa Malta.”

Matul dawn il-ħames snin bil-membri parlamentari ewropew nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola, l-Partit Nazzjonalista ħadem kontra Malta fl-ogħla istituzzjonijiet ewropej.

B’David Casa jikkonferma li jekk jerġa jigi elett se jkompli jiggieled u jaħdem kontra Malta u l-gvern ta’ Joseph Muscat fil parlament ewropew.

“Se jsib lilna fil-Parlament biex nifqulu.”

“U ħadd mhu se jbeżgħana.”

Għax għal David Casa, il-partitarji nazzjonalisti huma Malta.

“Aħna intom Malta għalina.”

Minn naħa tiegħu, Adrian Delia ġab ezempji surreali sabiex ikompli jikkritika lil gvern.

“Anki għajnejna u sninha irid jgħaqlalna dan il-gvern.”

Filwaqt li s-segretrarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li f’din il-kampanja, l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiġġieled.

“Se nkomplu niġġieldu.”

Intant, l-kandidat tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Michael Mercieca qal li kien il-Partit Nazzjonalista li trasforma l-kottonera u nies tal-kottonera.

“Trasformazzjoni kbir li għamel l-PN fil-kultura u l-ħsieb tan-nies tal-Kottonera.”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li minflok waqqaf it-tlett MEPs nazzjonalisti milli jagħmlu l-ħsara lill-pajjiżna fl-istituzzjonijiet ewropej, Adrian Delia issa qed jibża’ u qed jgħid li din l-elezzjoni mhijiex elezzjoni bejn il-partiti politiċi.

Sa llum stess Adrian Delia minflok qasam il-viżjoni tiegħu għal Malta iddeċieda li jkompli jgħid kontra pajjiżna fil-preżenza ta’ Manfred Weber il-President tal-EPP.

Il-Partit Laburista qal li l-poplu MaltI jaf li f’din l-elezzjoni, l-għazla hija bejn Joseph Muscat u Adrian Delia. L-għażla bejn min jaħdem  kontra l-pajjiż u min għandu lil Malta għal qalbu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend