Eġizzjan ta’ 52 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara li kien akkużat bi vjolenza domestika fuq martu.
L-akkużat, li jaħdem bħala technical manager, kien akkużat li wettaq din il-vjolenza fil-jum tas-Sibt u lura f’Awwissu. Huwa qed jiċħad l-akkużi mresqa kontrih.
L-avukat tal-għajnuna legali talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni topponi għal dan, hekk kif fid-dar tal-akkużat u martu hemm żewġt itfal.
Il-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it-talba mresqa mill-għajnuna legali.