Tlielaq tal-powerboats f'San Pawl il-Baħar | One News

Notifiki

Tlielaq tal-powerboats f’San Pawl il-Baħar

Dilettanti tal-poweboats u tal-fotografija kellhom spettaklu hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa beda l-kampjonat Voomquest Enemed UIM V2 World Powerboat GP1.

Propju ilbieraħ bdew il-provi fil-bajja tal-Gillieru f’San Pawl il-Baħar iżda l-pole position għall-ewwel tellieqa minn tlieta ma saritx minħabba li l-kundizzjonijiet tal-baħar ma kinux favorevoli.

Sitt timijiet, erbgħa minn Malta u wieħed mill-Belġju u minn Franza rispettivament qegħdin jieħdu sehem.

L-ewwel tellieqa kienet mimlija azzjoni hekk kif żewġ timijiet kellhom problemi tekniċi filwaqt li team ieħor inqeleb bid-dgħajsa f’waħda mid-dawriet madwar iċ-ċirkwit fil-baħar.

Riżultat tal-ewwel tellieqa:

1st place – Marine Diffusion (20 points)

2nd place – Freccia Blu (17 points)

3rd place – Atomic & Grey (15 points)

4th place – Interceptor Remax

5th place – El Diablo

6th place – Cutting Edge

7th place – Lethiec

Programm għas-Sibt waranofsinhar:

15:45 – 16:15: Provi

16:15 – 16:45: Pole Position għat-tieni tellieqa

17:00 – 17:30: It-tieni tellieqa

1800 – 1815: Festa tal-podium

Programm għal għada l-Ħadd 28 ta’ April:

0930 – 1015: Dry Pit miftuħ għall-pubbliku

1200 – 1230: Provi

1230 – 1300:  Pole Position għat-tielet tellieqa

1500 – 1600: It-tielet tellieqa

1615 – 1645: Podium għat-tielet tellieqa

1645 – 1715: Podium għall-avveniment kollu

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend