Jitkellem l-iżgħar membru li qatt indirizza l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista – One News

Notifiki

Jitkellem l-iżgħar membru li qatt indirizza l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista

“Grazzi ta’ din l-opportunità li tkompli turi li l-leħen tagħna huwa b’saħħtu nemmen li dan huwa l-ewwel pass għalija u nħares il-quddiem sabiex inkompli jiber fdan il-moviment.”

Dak kien ir-rispons tad-delegati u eżekuttiv tal-Partit għad-dikors ta’ Nolan Camilleri, fejn fl-eta ta’ 15-il sena kien l-iżgħar membru li qatt indirizza l-Konferenza Ġenerali Annwali fil-kważi 100 sena li ilu ffurmat il-Partit Laburista.

Matul is-sessjoni tal-Ġimgħa filgħaxija d-delegati tal-Partit Laburista approvaw mozzjoni oħra storika li emendat l-istatut tal-Partit u issa l-eta sabiex tissieħeb membru niżlet minn 16 għal 14-il sena.

Din il-mozzjoni kienet sforz il-ħidma u l-involviment tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fejn flimkien mat-tmexxija tal-Partit qegħdin dejjem jaħdmu sabiex aktar żgħażagħ jidħlu fl-isfera poltika lokali.

Grazzi għal dan, ta’ 15-il sena, Nolan kellu l-opportunità jindirizza l-ogħla organu fi ħdan il-Partit Laburista. Dan wara li l-Forum Żgħażagħ Laburisti ħabbar il-Kampanja Ġenerazzjoni Sittax sentejn ilu.

Il-Partit Laburista se jkollu jikkontesta f’ismu l-iżgħar kandidat li qatt kellu jikkontesta jikkontesta elezzjonijiet f’pajjiżna.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jirrikonoxxi li dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr ma jingħata id-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta’ sittax-il sena.

Fi stqarrija, l-Forum Żgħażagħ Laburisti qal li llum il-ġurnata, grazzi għal din l-inizjattiva ta’ Gvern Laburista, il-pajjiż jista’ jgħid li kuntrarju ta’ dak li qed jiġri f’ħafna pajjiżi oħrajn, l-interess taż-żgħażagħ fil-politika qiegħed jiżdied u mhux jonqos.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend