Jinstabu l-iġsma ta’ 15-il persuna – One News

Notifiki

Jinstabu l-iġsma ta’ 15-il persuna

L-iġsma ta’ 15-il persuna nstabu wara battalja kbira bejn il-Pulizija tas-Sri Lanka u l-militanti Iżlamiċi.

Il-ġlied seħħew f’Santhamaruthu bil-forzi tas-sigurtà għamlu għadd ta’ rejds madwar il-pajjiż wara l-attakki bil-bombi l-Ħadd li għadda f’Jum il-Għod, li ħasdu l-ħajja ta’ 250 persuna.

Intant il-Knisja Kattolka f’Sri Lanka kkanċellat il-Quddiesa tal-Ħdud, dan wara l-attakki li saru f’Jum il-Għid.

L-Arċisqof ta’ Colombo, Malcolm Ranjith qal li ra dokumenti tas-sigurtà li ħarġu fil-beraħ li wissew dwar attakki oħra li possibilment jistgħu jseħħu.

Qal ukoll li hu ħassu ngannat wara li l-Gvern falla milli jwissi dwar dawn l-attakki.

Il-Prim Ministru tas-Sri Lanka qal li r-rapporti kruċjali li kellom din l-informazzjoni qatt ma waslet f’idejh.

L-attakki li seħħew fi tliet lukandi lussużi u tliet knejjes ħasdu l-ħajja ta’ mitejn u ħamsin persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend