Misidjan ta’ 44 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li aggredixxa lill-ommu kif ukoll li kien fil-pussess tal-pjanta Kannabis għall-użu personali tiegħu.
Il-Maġistrat ordnat lill-imputat sabiex jattendi għall-programm biex ikun jista’ jikkontrolla r-rabja li għandu kif ukoll ġie ordnat sabiex jingħata l-għajnuna biex jegħleb il-vizzju tad-droga.