Tliet persuni ndarbu f’inċident bejn żewġ karozzi fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:10 ta’ filgħodu meta għal xi raġuni BMW 523d misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Kalkara u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 80 sena minn Birżebbuġa kellhom impatt. Fit-Toyota kien hemm mara ta’ 72 sena minn Birżebbuġa.
Fuq il-post ssejħu tliet ambulanzi li ħadu lit-tliet vittmi għall-kura. Iktar tard iż-żewġ anzjani ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żagħżugħ sofra ġrieħi ħfief.
Kawża tal-inċident il-karozzi ġarrbu ħsarat estensivi. Mal-impatt il-karozza tal-anzjani spiċċat fil-ġenb tat-triq.
Fil-karozza tal-anzjani kien hemm ukoll kelb. Jidher li l-kelb tar-razza pug kiser saqajh ta’ wara u għalhekk ittiħed l-isptar tal-annimali għall-kura.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna.