ESKLUSSIVA: Illikjat il-manifest elettorali tal-PN | One News

ESKLUSSIVA: Illikjat il-manifest elettorali tal-PN

ONE News jista’ jiżvela li fl-aħħar sigħat wasal f’idejh il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista 24 siegħa qabel kellu jitnieda mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-Kunsill Ġenerali tal-Ħadd.

Il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej ġie llijkjat fuq is-sit one.com.mt

Dan il-leak intern sensittiv ikompli jiżvela l-inkwiet tal-Partit ta’ Delia li qed jispiċċa b’informazzjoni strateġika li tiġi llikjata b’mod sistematiku.

Dan minkejja li fl-aħħar xhur il-grupp ta’ Delia għalaq kemm felaħ iċ-ċirku ta’ nies li jkunu jafu din l-informazzjoni strateġika.

Il-manifest elettorali ġie illijkjat għand ONE News, mingħand persuni qrib il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-istrateġisti tiegħu.

Manifest ta’ 28 paġna u li waħda minnhom turi lill-Kap Nazzjonalista u lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista.

Dan il-leak ħoloq paniku sħiħ fid-Dar Ċentrali.

Bl-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista inkwetati li xi ħadd mill-istamperija illikja dan il-manifest, li kien se jniedi l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqt il-kunsill ġenerali tal-Ħadd.

F’paniku, l-Partit Nazzjonalista kellu joħroġ stqarrija fejn għajjar lil dan l-istazzjoni b’fake news.

Fl-istqarrija ta’ paniku, l-Partit Nazzjonalista qal li l-manifest beda jixxerred fil-pubbliku sigħat qabel ma tħabbar minn ONE News.

Izda hawn il-Partit Nazzjonalista inqabbad f’gidba sabiex jgħatti l-inkwiet intern u li ma jistax jafda lin-nies li jaħdmu fid-dar ċentrali.

Dan għaliex nhar it-Tnejn is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Clyde Puli kien qal li se jniedi il-manifest elettorali proprju fil-jum tal-Ħadd.

“Il-Ħadd li ġej se nkunu qegħdin niddiskutu u napprovaw il-manifest tagħna,” qal Puli nhar it-Tnejn li għadda.

Puli li kien minn tal-ewwel li għajjar lil dan l-istazzjon.

F’paniku, wara li ġie illikjat l-manifest elettorali, il-Partit Nazzjonalista kien kostrett jippublika l-manifest fuq  is-sit tal-Partit Nazzjonalista.

Bis-sorsi tagħna fil-Partit Nazzjonalista qalulna li mhux suppost li l-Partit Nazzjonalista ippublika l-manifest qabel ma jiġi approvat mill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend