ARA: Beppe Fenech Adami jgħid li l-Laburisti tan-naħa t'isfel ta' Malta ma jridux jivvotaw | One News

Notifiki

ARA: Beppe Fenech Adami jgħid li l-Laburisti tan-naħa t’isfel ta’ Malta ma jridux jivvotaw

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-laburisti fin-naħa t’isfel ta’ Malta ma jridux joħorġu jivvotaw.

Beppe Fenech Adami qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem iġġieled għad-demokrazija, iżda l-Kap tiegħu Adrian Delia ried iċaħħad id-dritt tal-vot lil 130,000 resident fosthom 2,500 żagħżugħ, minn 23 lokalità, billi ma nnominax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet lokali.

Bil-Partit Nazzjonalista ried iċaħħad id-dritt tal-vot l-aktar lir-residenti fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Għax fi kliem Fenech Adami r-residenti tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta ma jridux joħorġu jivvotaw.

“Naturalment huwa evidenti li l-Partit Laburista għandu problema biex joħroġ lin-nies tiegħu jivvotaw fin-naħa t’isfel ta’ Malta,” qal Fenech Adami.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend