Tnejn arrestati b'rabta ma' serq minn karozzi f'Delimara u St. Peter's Pool | One News

Notifiki

Tnejn arrestati b’rabta ma’ serq minn karozzi f’Delimara u St. Peter’s Pool

Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u Saint Peter’s Pool.

Il-Pulizija tad-Distrett għamlet l-arresti wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, u waqt tfittxija f’vettura li kienu qed jużaw, instabu diversi oġġetti misruqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li ż-żewġ persuni mistennija jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend