Se jibda jingħata servizz ta’ ‘screening’ tal-għajnejn fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana – One News

Notifiki

Se jibda jingħata servizz ta’ ‘screening’ tal-għajnejn fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana

Kien inawgurat Ċentru ta’ Eċċellenza ġdid fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana li se joffri servizzi speċjalizzati fil-kura tal-għajnejn, fosthom screening tal-glaucoma.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne semma kif matul dawn l-aħħar erba’ snin ingħatat spinta lis-servizzi tas-saħħa fil-komunità:

“Se tkun qed toffri servizzi tal-oftalmoloġija, jiġifieri tal-għajnejn, fejn ikollna l-ispeċjalisti hawnhekk, ikollna n-nurses li huma speċjalizzati f’dan il-qasam u nkunu nistgħu noffru screening għal glaucoma, u għal mard relatat mad-dijabete. Kif ukoll noffru pariri u noffru anke servizz ta’ rifracotries surgery, jiġifieri fejn wieħed ikollu bżonn nuċċalijiet. Dan kollu biex inkunu qed nagħtu servizz iżjed fil-pront u viċin il-pażjenti”.

Il-Ministru Fearne qal li ċ-ċentru huwa mgħammar bl-aqwa teknoloġija u se jwassal biex jonqos il-piż fuq il-kura li tingħata mill-isptar Mater Dei. Qal li minn din is-sena, l-Gvern b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali qed jagħtu tagħrif u pariri dwar ħajja aħjar.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primajr, Roseanne Camilleri, spjegat li fiż-żmien li ġej se jkun qed jitaqassam fuljett bl-informazzjoni dwar il-kura tal-għajnejn:

“Barra minn hekk se jkun hawn ukoll kampanja edukattiva għaddejja minn hawnhekk fuq kif wieħed għandu jieħu ħsieb għajnejh, u se jiġi spjegat fid-detall għaliex għandu bżonn jingħata din it-tip ta’ kura”.

Dr Camilleri qalet li dan is-servizz tal-oftalmoloġija se jkun aċċessibli minn kulħadd madwar Malta u Għawdex:

“Pazjnet se jċempel hawnhekk, se jiġi mistoqsi minn nies professjonali numru ta’ mistoqsijiet, imbagħad skont ir-risposti li wieħed ikun qed jingħata jiġi ggwidat fejn għandu jmur f’dan iċ-ċentru stess għall-kura li għandu bżonn, dejjem rigward l-għajnejn”.

Il-Kap eżekuttiv temmet tgħid li se jinxtara appart li jkun jista’ jinġarr minn berġa għal oħra, biex dawk li ma jkunux jistgħu jiġu jinqdew f’dawn iċ-ċentri, jinqdew xorta waħda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend