Min għamlek Imħallef fuqi ? | One News

Notifiki

Min għamlek Imħallef fuqi ?

Din l-espressjoni meħuda mill-Kotba Mqaddsa.  U verament tixraq f’dawn il-ġranet li nħatru sitt ġudikanti ġodda. Mhux se noqgħod nitkellem fuq il-kwalitajiet tagħhom,  għax dawk jissarrfu meta jkunu qed jaħdmu.  Ukoll kaxxa magħluqa.  Kull wieħed u waħda minnhom jieħu l-ġurament,  u fuq kollox għandu d-dinjità tiegħu. Jaf li għajnejn in- nies se jkunu fuqu.  Fl-imgħoddi kien ikun hemm attenzjoni fuq l-anqas tentufa ta’ ħajjithom, u tal-familja tagħhom,  u anke tat-tendenzi sesswali tagħhom. Imma ħafna ħwejjeġ inbidlu.

Mhux qed niċċajta.  Kont smajt li darba kien hemm Maġistrat li kien tajjeb ħafna, u bieżel u għaqli, imma kien omosesswali. Malli ħarġet il-kelma kellu jirriżenja!

Però li ridt nikteb hawn huwa fuq il-parir li taw Ta’ Venezja.  Dawn l-ewwel qalu li fl-Ewropa kollha hemm ħafna sistemi differenti kif jinħatru l-Imħallfin l-Maġistrati,  imma għal Malta kellu jkun hemm xi ħaġa speċjali. Ikun hemm kumitat li jagħzel, umbagħad lil min jagħżlu huma jġiegħlu lill-President tar-Repubblika jaċċettah u jinnominah. Jiġifieri jekk illum il-President tar-Repubblika huwa bir-rispett kollu “rubber stamp” tal-Prim Ministru u l-Kabinett, issa se jsir “rubber stamp” ta’ kumitat.

Jekk il-President mhux se jkollu għall-inqas il-poter ta’ veto, jiġifieri li jirrifjuta li jaħtar lil min jgħid il-kumitat, din tkun farsa.

Hawn Malta kellna kwistjoni li l-President għandu jkollha l-jedd li tirrifjuta li tiffirma liġi, umbagħad President ma jkollux dritt jgħid li persuna oħra għandha tintagħżel. Issa għamlu kawża quddiem Imħallef biex jiġi dikjarat li n-nomini kellhom jinżammu għax mhux kif qalu Ta’ Venezja.  Ġiet quddiem Imħallef. Dan ma kienx magħżul bħal ma qalu ta’ Venezja. Allura mhux tajjeb ?

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend