Il-Partit Laburista jagħlaq sena finanzjarja b’saħħitha – One News

Notifiki

Il-Partit Laburista jagħlaq sena finanzjarja b’saħħitha

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Dr Randolph De Battista ħabbar li fis-sena li għaddiet anke l-Partit Laburista rreġistra surplus. F’sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali, il-Kap Eżekuttiv ppreżenta rapport finanzjarju dettaljat u spjega kif riżultat ta’ żewġ maratoni ġbir ta’ fondi, għadd kbir ta’ inizjattivi oħra u l-fatt li s-sena li għaddiet il-Partit Laburista me kellux kampanja elettorali wassal biex il-Partit Laburista temm is-sena b’bilanċ pożittiv ta’ €962,064.

Dr De Battista kellu kliem ta’ tifħir għall-attivisti tal-Partit Laburista li jkollhom sehem fil-ġbir ta’ fondi kemm permezz tal-inizjattivi iżda wkoll permezz ta’ inizjattivi oħra.

Kien spjegat ukoll kif dan ir-riżultat huwa grazzi wkoll għal tmexxija bil-għaqal li għandu dan il-Partit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend