Il-Gvern jaħtar taskforce favur aktar nisa fis-settur marittimu | One News

Notifiki

Il-Gvern jaħtar taskforce favur aktar nisa fis-settur marittimu

Il-Gvern ħatar taskforce ġdida li għandha l-għan li tħeġġeġ aktar n-nisa jieħdu l-opportunitajiet fis-settur marittimu.

Dan ħabbru l-Ministru għat-Trasport Ian Borg f’seminar bit-tema Empowering Women in International Maritime Affairs.

“Ħabbart ukoll li bħala pajjiż, bħala ministru inwaqqfu taskforce sabiex niżuraw illi jkollna aktar nisa illi jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan is-settur marittimu. Settur marittimu li jikontribwixxi ħafna anke għall-ekonomija Maltija”.

Dr Borg qal li t-taskforce nazzjonali se taħdem biex tingħata s-setgħa lin-nisa f’dan is-settur li sal-lum għadu ddominat mill-irġiel.

Qal li f’Ottubru li għadda, il-gvern beda missjoni biex jipprowovu d-djalogu dwar in-nisa f’dan is-settur li huwa pilastu b’saħħtu tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Huwa saħaq li għandna ħafna x’niggwadanjaw jekk nassigura li nużaw it-talenti kollha li għandna fis-settur marittimu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend