Il-Gvern bi ftehim ma’ Shanghai Electric Power għal riċerka dwar l-enerġija u l-ilma – One News

Notifiki

Il-Gvern bi ftehim ma’ Shanghai Electric Power għal riċerka dwar l-enerġija u l-ilma

Il-Gvern Malti ffirma ftehim ma’ Shanghai Electric Power, biex ikabbar il-koperazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina f’dik li hi riċerka fis-setturi tal-ilma u l-enerġija. Il-ftehim kien iffirmat waqt żjara li għamel il-Ministru Joe Mizzi fiċ-Ċina, fejn matulha ltaqa’ ma’ Wang Huaming, il-General Manager ta’ Shanghai Electric Power.

Permezz ta’ dan il-ftehim, se tiġi ffaċilitata riċerka konġunta bejn entitajiet Maltin u l-kumpanija Ċiniża fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi bħal sistemi intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija, produzzjoni ta’ enerġija alternattiva, u teknoloġiji ta’ produzzjoni u immaniġġjar tal-ilma.

Il-Ministru Mizzi qal li permezz ta’ din il-koperazzjoni se nkomplu niżguraw li fl-oqsma tal-ilma u enerġija, pajjiżna jibqa’ fuq quddiem fl-użu ta’ teknoloġiji avvanzati li jiżguraw effiċjenza u sostenibilità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend