ARA: Delia jipprova jintgħoġob mal-fazzjoni ta’ Busittil – One News

Notifiki

ARA: Delia jipprova jintgħoġob mal-fazzjoni ta’ Busittil

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma kienx jaf li l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u d-deputat Jason Azzopardi pprezentaw rikors il-qorti sabiex iwaqqfu l-ħatra ta’ sitt ġudikanti ġodda. Il-Ħamis, Simon Busuttil u Jason Azzopardi iffirmaw minn wara dahar il-Kap tal-Partit tagħhom rikors il-qorti f’isem il-grupp Republikka, attivisti qrib il-Partit Nazzjonalista.

Iżda Delia pprova jevita din il-mistoqsija, biex ma juriex li m’għandux kontroll tal-Partit Nazzjonalista f’idejh, u li qed jibqa’ jiġi injorat minn Simon Busuttil u Jason Azzopardi. Adrian Delia kien skomdu b’din id-domanda, minħabba li l-fazzjoni ta’ Busuttil qed tibqa’ taħdem kontrih, għax ma temminx li huwa kredibbli biex imexxi l-Partit Nazzjonalista, minħabba l-allegazzjoni li għandu ta’ ħasil ta’ flus

Adrian Delia qal li x-xogħol tiegħu bħal Kap tal-Oppozizzjoni huwa li jħares l-Gvern ta’ Joseph Muscat. Dan għax f’sena u sebgħa xhur li ilu Kap, qatt ma rnexxielu jieħu f’idejh il-Partit Nazzjonalista. Dak li għamlu Simon Busuttil u Jason Azzopardi taqbel jew le ? Jien kap tal-Oppożizzjoni xogħli nkun watchdog fuq il-gvern. F’pożizzjoni skomda għall-aħħar Adrian Delia nqabad li ma kienx jaf bl-għemil ta’ Busuttil u Azzopardi

Minkejja dan u biex jingħoġob mal-fazzjoni ta’ Busuttil u Azzopardi, fazzjoni li ma tridux ikompli jmexxi l-Partit Nazzjonalista,  Adrian Delia qal li Jason Azziopardi kien qiegħed jassistih il-qorti.

Aktar minhekk, Adrian Delia qal li hu qatt ma ġie ikkritikat minn Simon Busuttil u Jason Azzopardi.

Iżda, Busuttil jemmen li Delia ma kellux jilħaq Kap. Dan minħabba dak li allegat dwaru l-blogger Daphne Caruana Galizia, jiġifieri li daħħal flus f’kont bankarju f’jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li Delia ddeċieda li jattakka lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Ġustizzja talli skontu,qed jinjoraw lill-Kummissjoni ta’ Venezja meta hu stess qed jinjora digriet tal-Qorti li ċaħdet talba ta’ żewġ deputati tal-istess partit tiegħu.

Qal ukoll li Delia jaf li l-Gvern diġà saħħaħ il-metodu tal-ħatra tal-ġudikanti b’emendi tal-2016 li l-partit tiegħu vvota  unanimament favur tagħhom. Il-Partit Laburista tenna li jkun aħjar jekk Delia jgħid jekk qabilx ma’ dak li għamlu Busuttil u Azzopardi meta pprovaw jimblukkaw ħatriet bżonnjuzi fil-ġudikatura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend