Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, pajjiżna esperjenza żieda ta’ madwar 12% fil-passiġġieri li ġew Malta bi cruiseliner.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li sal-aħħar ta’ Marzu, daħlu fil-Port il-Kbir 21 cruise liner.
Madwar 66% tal-passiġġieri li daħlu f’pajjiżna kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea filwaqt li madwar 27,000 passiġġier ieħor ġew minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. 19% minnhom kienu mill-Istati Uniti.