Il-President Russu Vladimir Putin wasal f’Vladivostok għall-ewwel laqgħat ma’ Kim Jong-Un.
Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq wasal l-Erbgħa permezz ta’ ferrovija wara li qasam il-fruntieri taż-żewġ pajjiżi.
Is-Summit se jkun qed jittella fil-gżira ta’ Russky qrib il-belt ta’ Vladivostok.
Ir-Russja qalet li se tkun qed tiddiskuti l-problemi nukleari tal-peniżola Koreana iżda qed jingħad li Kim se jkun qed ifittex l-appoġġ wara li l-laqgħat mal-Istati Uniti ma kinux ta’ suċċess.