Il-PN jgħid li kieku mhux għalihom il-gvern ma jindirizzax il-problemi f’pajjiżna – One News

Notifiki

Il-PN jgħid li kieku mhux għalihom il-gvern ma jindirizzax il-problemi f’pajjiżna

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Nazzjonalista sejjaħ lill-Gvern biex jieħu azzjoni dwar il-kundizzjoni tal-ADHD.

Il-konferenza tal-aħbarijiet issejħet meta lanqas biss kienu konxji li filgħodu stess, il-Gvern kien diġà ħabbar miżuri dwar din il-kundizzjoni.

Fil-fatt, id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, ħabbar li mil-lum stess espert kliniku mis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa fir-Renju Unit beda jara pazjenti Maltin u jiddiskuti ma’ konsulenti mediċi lokali dwar il-kundizzjoni tal-ADHD.

Madankollu, l-ewroparlamentari Nazzjonlista Francis Zammit Dimech u l-kelliem għas-Saħħa tal-Partit Nazzjonalista Stephen Spiteri ħarġu jattakkaw lill-Gvern għax skonthom ma kienx qed jindirizza din is-sitwazzjoni.

“Qed inwasslu l-messaġġ lill-gvern sabiex jindirizza din is-sitwazzjoni,” qal Spiteri.

Iżda meta mistoqsija mill-ġurnalist ta’ one.com.mt, jekk kinux jafu li l-Gvern kien diġà ħa azzjoni dwar din il-kundizzjoni, imħawda min minnhom ser jwieġeb, il-kelliem tal-partit nazzjonalsita għas-saħħa stephen Spiteri kkontradixxa lilu nnifsu.

Min-naħa tiegħu, l-Ewro parlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, qalilna li l-Gvern jieħu azzjoni wara li l-Partit Nazzjonalista jsejjaħ konferenza tal-aħbarijiet.

“M’għandux bżonn jistenna konferenza tal-aħbarijiet minn għandna biex ngħidulu x’inhuma l-problemi,” qal b’mod surreali.

Dan meta l-Gvern kien diġà ħabbar miżuri fuq dan is-suġġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend