Delia jgħid li l-gvern qiegħed jagħmel il-ħsara lill-ekonomija – One News

Notifiki

Delia jgħid li l-gvern qiegħed jagħmel il-ħsara lill-ekonomija

“Il-gvern qiegħed jagħmel il-ħsara lill-ekonomija.”

Hekk iddikjara il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, f’ġimgħa fejn pajjiżna irreġistra surplus ieħor ta’ €251 miljun. It-tielet surplus konsekuttiv u t-tieni l-akbar surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

“Ħafna drabi jien ngħid li l-gvern ma jibniex l-ekonomija, anzi jgħamilha l-ħsara,” qal Delia.

Adrian Delia qal dan meta kien qiegħed jindirizza attività politika fil-kazin Nazzjonalista ta’ Ta’ Xbiex. Waħda mit-23, lokalità li l-Partit Nazzjonalista ried iċaħħad id-dritt tal-vot lir-residenti ta’ din il-lokalità.

F’Ta’ Xbiex, Adrian Delia ried iċaħħad id-dritt tal-vot fuq livell lokali billi għal kunsill lokali zewġ persuni biss se jikkontestaw l-elezzjoni tal-kunsill f’isem il-Partit Nazzjonalista. Bl-elezzjoni ser isir, minħabba li l-Partit Laburista għandu erba’ kandidati ħerġin fuq din il-lokalità.

Izda f’mument fejn il-Partit Labutrista espona kif il-Partit Nazzjonalista rid jilgħab bid-demokrazija wara li f’għadd ta’ lokalitajiet, issottometa kandidati daqs jew anqas minn kemm għandu bħalissa bit-tama li ma ssirx elezzjoni, Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ma għandux bżonn lezzjonijiet fuq id-demokrazija.

“Jipprova jgħallimna dwar id-demokrazzija. Aħna għadna ‘l fuq minn 100 kandidat,” iddikjara Delia.

Fis-stqarrija l-Partit Laburista, qal li meta tkellem f’Ta’ Xbiex, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, nesa jgħid biss li kieku kien għalih ir-residenti ta’ din il-lokalità, fil-25 ta’ Mejju ma jivvotawx.

Il-Partit Laburista qal li meta lanqas dan ir-rispett bażiku m’għandu lejn ir-residenti ta’ din il-lokalità, mhux ta’ b’xejn ibbaża diskorsu fuq argumenti bl-addoċċ u mingħajr ħsieb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend