“It-tifla salvathom kolla. Ftit wara li ħarġu waqa’ kollox borġ ġebel”
Dan hu l-mod kif raġel iddeskriva l-ħin x’ħin ġġarfet il-binja fi Gwardamanġa tard ilbieraħ filgħaxija. Fuq il-midja soċjali qal kif bintu u l-familja tagħha innutaw xi trab jaqa’ mis-saqaf 10 minuti qabel. Spjega kif bintu kkuntatjat lill-ġirien tagħha li jgħixu fl-istess binja sabiex joħorġu ‘l barra.
Bid-dmugħ f’għajnejh ir-raġel irrakonta kif bintha u l-familja tagħha, għalkemm jirringrazjaw lill-Madonna li għadhom ħajjin, issa spiċċaw b’ta fuqhom senduqhom.
“Daddy ħaduli kollox, ma baqgħali xejn”
http://www.one.com.mt/2019/04/24/filmat-jiggarraf-bini-fi-gwardamanga-residenti-evakwati-minn-djarhom-4/