L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li ġiet approvata l-applikazzjoni biex jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ blokok residenzjali ġodda fil-kumpless San Vinċenz de Paul.
Dan se jara spazju ġdid għal madwar erba’ mija u disgħin anzjan u anzjana, li minbarra kmamar tas-sodda, se jkollhom ukoll kmamar fejn jieklu flimkien u kmamar fejn jingħataw il-kura.
Mifrux fuq sittax-il elf u ħames mitt metru kwadru, il-proġett se jara wkoll spazju għal imħażen, kmamar fejn jinħaslu l-ħwejjeġ, pixxini terapewtiċi, sala u ġibjun.
Se jinbena wkoll parkeġġ li jesa’ mitejn u erbgħa u sittin karozza.
Madwar l-erba’ blokok se tinbena wkoll kappella.