Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab mħasseb b’dak li ġara fir-residenti tal-binja li ġġarfet fi Gwardamanġa u qal li talab rapport sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm xi rapporti dwar din is-sitwazzjoni.
Huwa qal li jinsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar daħlet biex toffri kenn u assistenza sabiex dawk il-familji milquta’ ma jbatux bla bżonn.
Dr Muscat saħaq li għalkemm għadu prematur biex wieħed jikkumenta, qal li trid issir investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit x’wassal għal dan l-inċident.
Spjega li l-gvern mhux se jħalli sitwazzjoni fejn ma tinġarrx ir-responsabilità f’dan il-każ.
http://www.one.com.mt/2019/04/24/filmat-jiggarraf-bini-fi-gwardamanga-residenti-evakwati-minn-djarhom-4/
http://www.one.com.mt/2019/04/25/daddy-haduli-kollox-ma-baqghali-xejn-familja-tehlisha-hafif-bi-zbrixx/