Kim Jong-Un fir-Russja għal summit ma' Putin | One News

Notifiki

Kim Jong-Un fir-Russja għal summit ma’ Putin

Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un wasal fil-Lvant tar-Russja għal summit mal-President Russu, Vladimir Putin.

Il-Kremlin qal li l-mexxejja mistennija jitkellmu fuq il-problema nukleari tal-peninsula Koreana.

Kim qed ifittex li jagħti l-appoġġ tiegħu wara li fallew it-taħdidiet mal-president tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Trump u Kim iltaqgħu f’Hanoi aktar kmieni din is-sena biex jiddiskutu l-programm tal-armi nukleari tal-Korea ta’ fuq, iżda s-summit li kien it-tieni wieħed bejniethom, intemm mingħajr ebda ftehim.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend