Iffirmat ftehim li se jistabilixxi viżjoni konġunta għall-Agrikoltura Maltija | One News

Notifiki

Iffirmat ftehim li se jistabilixxi viżjoni konġunta għall-Agrikoltura Maltija

Ġie ffirmat ftehim bejn is-Segretarjat għall-Agrikoltura, Sajn u Drittijiet tal-Annimali u l-Università ta’ Malta. Dan il-ftehim se jistabilixxi viżjoni konġunta bejn iż-żewġ entitajiet fuq temi ta’ riċerka applikata fl-agrikoltura.

Fis-Sala tar-Razzett l-Antik, li ġiet inawgurata wara li sar restawr fuqha, is-Segretarju Parlamentari għall-biedja u s-sajd qal li din il-kollaborazzjoni se saħħaħ il-biedja Maltija filwaqt li tidentifika sfidi li jkunu jimmeritaw aktar riċerka fuq livell nazzjonali. Ir-riżultati li joħorġu mir-riċerka se jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet biex titfassal politika aħjar f’dan is-settur.

Intant, peremezz ta’ dan il-ftehim, Malta se tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex ikunu sfruttati opportunitajiet internazzjonali kif ukoll jinġiebu aktar fondi Ewropej f’oqsma varji tal-biedja. Se tingħata wkoll għajuna fir-rinovar tal-iżvilupp tal-Oenoloġija fil-Buskett.

Iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka u l-Iżvilupp Agrokolu fl-Għammieri se jkun qed joffri l-użu tal-laboratorju. Serrer, għelieqi u taħriġ konġut.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri temm jgħid li dan kollu se jkun qed iżid il-koperazzjoni bejn l-uffiċjali u l-letturi u l-istaff sabiex permezz ta’ dan il-ftehim fl-aħħar mill-aħħar jiggwadanjaw kemm l-istudenti kif ukoll is-settur agrikolu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend