Il-Virtu Ferries kienet kostretta tħassar il-vjaġġi li kienu skedati li jsiru matul il-jum tat-Tnejn. Dan minħabba ir-riħ qawwi li ħakem iċ-Ċentru tal-Mediterran fl-aħħar jiem.
Konsegwenza ta’ dan mijiet ta’ persuni li kellhom jagħmlu triqithom lejn pajjiżna spiċċaw maqbuda Sqallija. Fost dawn hemm diversi Maltin li kienu Sqallija għal festi tal-Għid.
Fi stqarrija l-kumpanija ħabbret li llum it-Tlieta u għada l-Erbgħa se tagħmel ammont ta’ vjaġġi addizzjonali.
Il-vjaġġi fil-jum tat-Tlieta huma dawn:
VF130 jitlaq minn Malta fid-09:00 u jasal Pozzallo fil-10:45 (flok fil-05:00)
VF131 jitlaq minn Pozzallo fis-13:00 u jasal Malta fit-14:45 hrs (skedat)
VR110 jitlaq minn Malta fil-17:00 u jasal Pozzallo fis-18:45 (skedat)
VR121 jitlaq minn Pozzallo fit-20:30 u jasal Malta fl-22:15 (vjaġġ addizzjonali għal passiġġieri tal-vjaġġ VR111 maqbuda fi Sqallija nhar it-Tnejn)
VR120 jitlaq minn Malta fil-23:30 u jasal Pozzallo fis-01:15 tal-Erbgħa (vjaġġ addizzjonali)
VR101 jitlaq minn Pozzallo fis-02:30 tal-Erbgħa u jasal Malta fl-04:15 (flok fid-21:30)
Il-vjaġġi fil-jum tal-Erbgħa:
VR100 jitlaq minn Malta fis-06:30 u jasal Pozzallo fit-08:15 (skedat)
VR111 jitlaq minn Pozzallo fid-09:15 u jasal Malta fil-11:00 (skedat)
VF800 jitlaq minn Malta fin-12:30 u jasal Pozzallo fis-14:15 (vjaġġ addizzjonali)
VF801 jitlaq minn Pozzallo fit-15:30 u jasal Malta fil-17:15 (vjaġġ addizzjonali għal passiġġieri tal-vjaġġ VF801 maqbuda fi Sqallija nhar it-Tnejn)
VR110 jitlaq minn Malta fis-19:00 u jasal Pozzallo fid-20:45 (ħin amendat)
VR121 jitlaq minn Pozzallo fl-22:00 u jasal Malta fin-23:45 hrs (ħin amendat)