Jimitaw l-umani u jippużaw għal stessu – One News

Notifiki

Jimitaw l-umani u jippużaw għal stessu

Żewġ gorilli ppużaw għal stessu flimkien mal-gwardjani li kienu salvawhom meta kellhom ftit xhur wara li ommijiethom inqatlet minn kaċċaturi lura fl-2007.

Ir-ritratt ittieħed fil-Park Nazzjonali ta’ Virgunaa fil-Kongo. Id-Deputat Diretur tal-Park, Innocent Mburanumwe, qal li l-gurilli tgħallmu jimitaw lil dawk li jieħdu ħsiebhom sa minn mindu kienu ta’ ftit xhur.

Il-gorilli kapaċi joqogħdu fuq saqajhom it-tnejn bħall-umani, xi ħaġa li normalment ma ssirx. Mburanumwe qal li kien sorpriż jaraw dak li qed juri r-ritratt, infatti spjega kif huwa kurjuż ikun jaf kif dan l-annimali huma kapaċi jimitaw lill-umani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend