Il-PL isibilhom “żball ieħor” – One News

Notifiki

Il-PL isibilhom “żball ieħor”

Waqt li fl-ewwel jum tal-kampanja għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej, il-Partit Nazzjonalista kien fuq is-slielem jaqla’ l-ewwel billboards li kien għadu kif ħareġ fit-toroq, lanqas laħqu għaddew sagħtejn li fit-toroq ma tfaċċatx it-tweġiba tal-Partit Laburista.

“Sorry…. sibna żball ieħor.. Flimkien għal kontra pajjiżna”. Hekk jaqra l-messaġġ ironiku fuq il-billboard tal-Partit Laburista flimkien ma’ face palm emoji li juri l-imbarazzament tal-Partit Nazzjonalista għall-iżball fl-ewwel billboard tal-kampanja, fejn esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw iwaħħlu f’denb xulxin għal dan ix-xogħol fi kliemhom dilettantesk.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Jibdew iwaħħlu f’xulxin wara li bdew fuq sieq ħażina

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend