Elezzjoni tikkontestaha bi programm ċar – il-PM | One News

Notifiki

Elezzjoni tikkontestaha bi programm ċar – il-PM

Hekk sostna l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, meta fil-programm 25/05 tkellem dwar is-sinjifikat tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista li tibda tiltaqa’ għada.

“Hija konferenza ġenerali li permezz tagħha nagħmlu s-sisien tal-kampanja elettorali tagħna, li titlaq il-Ħadd li ġej, fejn nuru l-viżjoni tagħna,” qal il-Prim Ministru.

Hawn Joseph Muscat sostna:  “Għax int ma tista’ tikkontesta l-ebda elezzjoni billi tgħid ivvotawli għax jien kontra ħaddieħor. Jew ivvotawli għax dak ħażin. Int trid li twettaq, li jkollok programm, li jkollok l-idea u li jkollok is-suġġerimenti dwar x’tista’ tagħmel,” qal il-Prim Ministru, li tkellem dwar il-pjan ta’ ħidma għall-pajjiż li għandu l-gvern.

“Ta’ kuljum nafu x’wiegħdna lin-nies u ta’ kuljum naraw li nwettquh,” żied Joseph Muscat, li fisser kif meta tmur quddiem in-nies trid tmur b’offerta. Hawn qal li l-Partit Laburista għandu kemm proposti fuq livell nazzjonali u anke fuq livell lokali.

“Se ngħidu lin-nies x’se nkunu qed inwettqu fuq bażi nazzjonali, iżda anke fil-lokalitajiet tagħna. Għandna manifest elettorali f’kull lokalità,” spjega l-Prim Ministru, li fisser kif dan huwa riżultat ta’ proċess u ta’ konsultazzjoni twila.

“Flimkien ma’ proposti ġenerali li fil-fehma tiegħi se jagħmlu ġid kbir lill-lokalitajiet, saħaq  Joseph Muscat.

Hawn tkellem dwar il-bżonn li kulħadd jiġbed il-ħabel tal-pajjiż. “Aħna naħdmu favur pajjiżna mhux skont min ikun fil-gvern. Naħdmu favur pajjiżna jkun min ikun fil-gvern,” żied Joseph Muscat.

Joseph Muscat stqarr li, “l-25 ta’ Mejju huwa mument fejn il-poplu jrid jagħti l-ġudizzju tiegħu fuq ix-xogħol tal-Membri Parlamentari Ewropew…. iktar minn hekk il-poplu se jkun qed jiġġudika fuq l-attitudni. Mhux biżzejjed li tgħid li trid taħdem flimkien għal-pajjiż. Il-kwstjoni hija ta’ kif taħdem ta’ kuljum.”

Tkellem dwar kif filwaqt li kulħadd jaċċetta li l-Membri Parlamentari Ewropew huwa fix-xogħol tagħhom li jkuni viġilanti għall-gvern tal-ġurnata, li ma jistennewx huwa sitwazzjoni li jkun hemm min, biex mingħalih jilħaq xi skop partiġjan ikasbar għalxejn isem pajjiżna.

Il-Prim Ministru spjega kif fis-sigħat li ġejjin toħroġ statistika importanti dwar il-finanzi tal-pajjiż.

“Għada toħroġ l-istatistika uffiċjali mill-Ewropa dwar il-finanzi tal-pajjiż biex naraw jekk irnexxilnix nagħmlu surplus jew le,” qal Joseph Muscat, li fakkar kif il-gvern daħħal kelma ġdida fil-vokabularju Malti. “Illum għandna surplus, issa għada nkunu nafu jekk irnexxilnix li ngħamluh għat-tielet sena wara l-oħra,” qal il-Prim Ministru, li spjega kif is-surplus sar filwaqt li żdied l-investiment fil-pajjiż u fin-nies.

“Żidna l-pensjonijiet għal sena fuq oħra. Mhux biżżejjed. Irridu nżidu l-benefiċċji u ngħinu lil min qiegħed fil-kera,” qal Joseph Muscat, li spjega wkoll kif għaddejja ħidma fuq wegħdiet bħal, li min għandu iktar minn 40 sena jixtri l-proprjeta tiegħu.

Mistoqsi dwar il-25 ta’ Mejju, Joseph Muscat fakkar li se  jivvotaw għall-ewwel darba żgħażagħ ta’ 16-il sena.

“Jivvotaw lil min iridu… l-iktar rigal importanti li joħorġu jivvotaw. Ma jagħtux raġun lil min kien jgħidilna tagħtux vot lit-tfal ta’ 16 u 17-il sena għax dawk ma jifmux,” qal Joseph Muscat.

Tenna kemm huwa diffiċli li partit politiku jtella’ erba siġġjiet.  “Insew din l-idea li l-Partit Laburista se jtella’ erba’ siġġijiet. Statistikament hija kważi impossibbli. Iġġib kemm iġġib fl-ewwel count iridu jintirtu l-voti,” qal Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend