Ara minn fejn għandek tiġbor id-dokument tal-vot għall-elezzjonijiet li ġejjin | One News

Notifiki

Ara minn fejn għandek tiġbor id-dokument tal-vot għall-elezzjonijiet li ġejjin

Votanti li huma rreġistrati Għawdex li jixtiequ jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta, jew votanti li huma rreġistrati Malta li jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex, għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista’ jkun.

Fi sqtarrijja informattiva dwarn dan kollu, il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-votanti se jkollhom ċans sas-6:00pm tat-23 ta’ Mejju li ġej biex jagħmlu dan, iżda qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun jiġbir id-dokumenti mill-aktar fis, minħabba li jekk ikun hemm ċirkostanzi li m’għandhiex kontroll fuqhom, bħall-maltemp, ma jkunx possibli li d-dokument jinġieb fil-ħin legali stabbilit.

It-talba għall-ġbir tad-dokument għandha ssir fuq bażi personali, jew permezz ta’ email fuq [email protected]. Il-votanti se jkunu mitluba wkoll biex jimlew formola li titniżżel mis-sit https://electoral.gov.mt/Elections/ApplicationFormsEN. Din tista’ tintbagħat, tittieħed b’mod personali, jew permezz ta’ email.

Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, u dawk f’Għawdex jinġabru mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex.

Kull votant għandu mill-20 sat-23 ta’ Mejju biex jiġbor id-dokumenti. Il-Kummissjoni Elettorali fakkret ukoll li l-ġbir tad-dokument jista’ jsir biss b’mod personali, u dan jintalab juri l-karta tal-identità tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend