Mal-mija u sebgħa u tletin persuna mietu fis-Sri Lanka, filwaqt li mijiet oħra ndarbu f’għadd ta’ splużjonijiet li seħħew fi knejjes u lukandi.
Rapport fil-midja internazzjonali rrapurtaw li seħħew minn tal-inqas 6 splużjonijiet fi tliet knejjes, u tliet lukandi.
Dan l-attakk seħħ propju f’Jum il-Għid, l-ikbar festa tal-Knisja Kattolika.
Sa issa jidher li ebda grupp ma ħa r-responsabbiltà għal dawn l-attakki.