Tarbija tat-twelid mill-Ġappun li twieled jiżen daqs tuffieħa (258 gramma), tħalla jmur id-dat wara kważi seba’ xhur jingħata l-kura l-isptar. Ryuske Sekino twieled fl-1 ta’ Ottubru li għadda, issa jinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa.
F’kummenti lill-midja lokali, omm it-tifel qalet li issa tista’ verament tħoss il-piż ta’ binha, hekk kif s’issa, kienet dejjem tibża’ żżommu minħabba l-biża’ li tweġġgħu.
Skont reġistru dwar trabi tat-twelid f’Università fl-Istati Uniti, Sekino huwa t-tieni l-iżgħar tarbija li qatt twieled. L-iżgħar tarbija fid-dinja twieldet fil-Ġermanja fl-2015, u kienet tiżen biss 252 gramma mat-twelid.