‘Michael’ kien l-aktar urugan b’saħħtu li ħakem l-Istati Uniti f’26 sena – One News

Notifiki

‘Michael’ kien l-aktar urugan b’saħħtu li ħakem l-Istati Uniti f’26 sena

L-Urugan Michael, li f’Ottubru li għadda laqat l-istat Amerikan ta’ Florida, kien l-aktar wieħed b’saħħtu fl-aħħar 26 sena. Dan skont analiżi li sar minn esperti fis-settur dwar l-urugan li kkawża l-mewt ta’ 59 persuna. Hu mifhum ukoll li l-Urugan Michael sewa’ mal-$25 biljun lill-Gvern Amerikan kawża tal-ħsara li ġarrab dan l-istat.

L-Urugan Michael ikklassifika fil-Kategorija Erba’ f’dik li hija meqjusa mill-esperti bħala l-qawwa tal-maltempata. Informazzjoni ġdida turi wkoll li l-irwiefen li ġab miegħu l-Urugan laħħqu l-257 kilometru s-siegħa.

Dan kien ir-raba’ urugan li laqat l-Istati Uniti li kklassifika f’ Kategorija Erba’, l-ogħla waħda possibbli. Huwa wkoll l-ewwel urugan ta’ din il-qawwa li għadda minn fuq l-Istati Uniti mill-1992, meta l-Urugan Andrew wkoll ħalla ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż.

Ritratt: Getty Images 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend