FILMAT: Ġuvni arrestat wara li prova jsuq fuq Pulizija – One News

FILMAT: Ġuvni arrestat wara li prova jsuq fuq Pulizija

Ġuvni ġie arrestat fil-Ħamrun wara li pprova jsuq fuq Pulizija tat-Traffiku bil-konsegwenza li qaliblu l-mutur. L-allegat reat seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp wara li Pulizija waqqaf vann tat-tip Mitsubishi Shogun, minħabba li kellu l-ħġieġ kollu inkluż il-windscreen tinted. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Ix-xufier tal-vann irrifjuta li jikkopera mal-Pulizija u m’obdiex l-ordni li ngħatatlu biex jitfi l-magna tal-vann. Sorsi fuq il-post qalulna li f’dan il-ħin il-Pulizija pprova jitfi l-vann hu, iżda l-ġuvni qabad u saq għal fuqhu.

Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun flimkien ma’ numru ta’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u mis-sezzjoni tat-traffiku li arrestaw il-ġuvni u wettqu tfittxija fil-vann.

Parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku sakemm jissoktaw l-investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *