FILMAT: L-Irxoxt ta' Ħal Luqa jingħata l-kulur | One News

Notifiki

FILMAT: L-Irxoxt ta’ Ħal Luqa jingħata l-kulur

Ingħatat il-kulur l-iskultura fl-injam tal-kewba, xbiha ta’ Ġesù Kristu irxuxtat, b’detallji li tassew jiġbdu l-għajnejn, magħmulha b’tant reqqa mill-iskulturi Għawdxin Michael u Adonai Camilleri Cauchi.

ONE News mar il-garaxx tal-benefattur, Emanuel Ciappara, li fih kien qed isiru l-aħħar irtokki fuq l-istatwa. Hemmhekk stajna naraw ix-xogħol tal-artisti li minn tnaqqix fl-injam, li kien l-aktar proċess diffiċli, iffurmat statwa li tpaxxi l-għajnejn.

Emanuel Ciappara, li kkummissjona l-istawa tal-injam, li tiżen mas-sitt mitt kilogramma u li tintrefa minn sittax-il reffiegħ, esprima l-emozzjonijiet ta’ ferħ li ħass is-sena l-oħra, meta għall-ewwel darba ra l-irxoxt fir-raħal ta’ Ħal Luqa.

L-istatwa tinkludi wkoll ix-xogħol artistiku ta’ nduratura bid-deheb ta’ Publiju Magro. Xogħol li ġie kkummisjonat minn benefatturi oħra. Ciappara qalilna li kienet ix-xewqa tiegħu li jara l-irxoxt fir-raħal, u b’hekk kien tkellem mal-eks Kapillan ta’ Ħal Luqa, Fr. Gordon Refalo, biex isir it-talba għal din l-istatwa.

Il-Kappillan preżenti, Fr Michael Zammit, qal li t-talba li kienet saret mill-eks Kappillan intlaqgħet u b’hekk illum il-Luqin għandhom ukoll l-istatwa tal-irxoxt. Il-Kappillan Zammit qalilna wkoll li meta nħarġet l-istatwa s-sena l-oħra kienu apprezzaw u ħadu gost fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Rxoxt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend