Tfajla ssofri ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku – One News

Notifiki

Tfajla ssofri ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku

Tfajla ta’ 21 sena qed issofri minn ġrieħi ħfief wara inċident stradali fi Triq Caruana Dingli f’San Ġwann.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ filgħodu meta t-tfajla residenti Ħ’Attard kienet qed issuq vettura tat-tip Fiat 500 meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u ħabtet ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend