“Kieku ommi injorat dak it-test, minjaf fejn spiċċat illum” – One News

“Kieku ommi injorat dak it-test, minjaf fejn spiċċat illum”

Fil-jum li fih omm il-personalità Maltija, Muxu, kellha t-tieni l-anniversarju minn meta kisbet ir-rebħa tagħha fuq il-marda tal-kanċer.

Muxu esprima l-biża’ li jkollu kull bniedem meta jirċievi n-notifika li tfakkar lil dak li jkun biex jagħmel test preventiv.

Hu rringrazzja lill-ħaddiema kollha fi ħdan l-isptar Mater Dei talli ħadu ħsieb lill-ommu bl-aktar professjonalità u rringrazzja l-entitajiet tal-Gvern li jibgħatu n-notifika lil kull mara.

Muxu għamel appell sabiex dawn it-testijiet ma jiġux injorati u saħaq fuq l-importanza li l-marda tinqabad fl-istadji bikrin tagħha.

Jagħlaq billi jappella lin-nies sabiex jieħdu ħsieb tagħhom infushom u tan-nies ta’ madwarhom.

Ta’ QabelLi Jmiss