Il-President George Vella jistaqsi dwar is-sitwazzjoni diżastruża fil-Libja | One News

Notifiki

Il-President George Vella jistaqsi dwar is-sitwazzjoni diżastruża fil-Libja

Mindu beda l-ġlied bl-armi fi Tripli, il-kapitali tal-pajjiż ġar tagħna fil-Libja, l-għadd ta’ persuni li spiċċaw bla saqaf fuq rashom tela’ għal aktar minn 27 elf ruħ. Iddikjara dan il-Kumitat dwar il-Jeddijiet tal-bniedem tal-Ġnus Magħquda dwar is-sitwazzjoni fl-inħawi tal-kapitali.

Il-kumitat qal li l-fatturi li qegħdin iġiegħlu lin-nies jabbandunaw iż-żoni milquta jinkludu l-ġlied kbir, il-bumbardamenti u l-attakki mill-ajru li wasslu biex inqatgħu s-servizzi tad-dawl u l-ilma.

Fi stqarrija konġunta bejn il-UNICEF u d-direttur ġenerali tal-Ġnus Magħquda ngħad li madwar 1,800 tifel u tifla għandhom bżonn urġenti li jiġu evakwati miż-żoni milquta mill-ġlied qalil fil-Libja waqt li 7,300 tifel u tifla oħra diġà nħarġu minn djarhom minħabba l-vjolenza fil-pajjiż.

Il-UNICEF żiedet tgħid li s’issa diġà ntlaqtu nofs miljun tifel u tifla fil-Punent tal-Libja.

Wissew li l-għadd ta’ tfal f’riskju qiegħed kulma jmur ikompli jiżdied minħabba l-ġlied qalil fil-Libja, l-agħar fl-aħħar snin fi Tripli u l-madwar.

Sadanittant l-għadd ta’ mwiet laħaq il-240, foshtom 75 tifel u tifla u 42 mara. Magħhom indarbu gravi elf u erba’ mija fosthom tliet mija taħt l-età.

Intant fi tweet, il-President ta’ Malta George Vella staqsa għaliex il-Ġnus Magħuqda u l-Pajjiżi tal-Punent qegħdin jagħlqu għajnejhom għal din is-sitwazzjoni umanitarja diżastruza li qed tiżviluppa fil-Libja. Dr Vella qal li dan in-nuqqas għad jiswina lkoll qares!

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend