Ġurnalista tinqatel kiesaħ u biered fl-Irlanda | One News

Notifiki

Ġurnalista tinqatel kiesaħ u biered fl-Irlanda

Ġurnalista ta’ 29 sena nqatlet f’Londonderry fl-Irlanda matul il-lejl li għadda.

L-omiċidju seħħ meta l-ġurnalista kienet qed tirrapporta protesta mid-dimostranti fl-istess belt. Qed jingħad li dan l-attakk seħħ mir-Repubblikani.

Huwa mifhum li l-ġurnalista ntlaqtet b’tir wara li persuna fetħet in-nar għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija.

Il-Pulizija qalet li l-ġurnalista minn Belfast inqatlet f’inċident terroristiku. Qalet ukoll li minnufih skattat investigazzjoni ta’ omiċidju.

Rapporti internazzjonali qalu wkoll li s-suspett wara dan l-attakk huma terroristi ta’ dixxindenza Repubblikana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend