Ebda evidenza fuq numru ta’ allegazzjonjiet fuq uffiċjal tal-MCAST – One News

Notifiki

Ebda evidenza fuq numru ta’ allegazzjonjiet fuq uffiċjal tal-MCAST

Bord ta’ Inkjesta maħtur f’Lulju li għadda mill-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonkluda li ma kien hemm l-ebda evidenza fuq għadd ta’ allegazzjonjiet li ntqalu minn uffiċjali fil-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija l-MCAST fil-konfront ta’ individwu fl-amministrazzjoni fil-kulleġġ.

Il-bord ta’ inkjesta kien twaqqaf fuq struzzjonjiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni f’Lulju tas-sena li għaddiet. Il-Ministeru kien għadda l-allegazzjonijiet lill-Pulizija b’mod immedjat għal investigazzjoni ulterjuri.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-Bord irrakkomanda li r-rapport jgħaddi għand il-pulizija.

Il-Ministeru qal li dan sar b’mod immedjat. Fl-istess waqt qal li r-rapport sħiħ għadda wkoll lill-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST.

Il-Ministeru qal li l-bord tal-inkjesta tefa’ dawl fuq għadd ta’ nuqqasjijiet amministrattivi u operattivi fil-kulleġġ matul is-snin u taħt amministrazzjonijiet differenti.

Il-Ministeru qal li talab lill-MCAST biex janalizza dawn il-partijiet tar-rapport u jieħu l-passi fejn dovut.

Żied jingħad li ladarba r-rapport għadda lill-Pulizija għal investigazzjoni, il-Ministeru ngħata parir legali biex ma joħrogx ir-rapport iżda jagħti biss il-konklużonijiet ippubblikati.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend